Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa l-Indja rreġistrat l-ogħla numru ta’ mwiet f’ġurnata ta’ nies pożittivi għall-Coronavirus, hekk kif madwar tlett elef u seba’ mitt persuna tilfu ħajjithom.
Il-Midja Internazzjonali rrapurtat kif b’rabta mal-kriżi tal-imxija f’dan il-pajjiż, il-Prim Ministru iltaqa’ il-Ħadd filgħodu iltaqa’ mal-Minsitru tas-Saħħa fl-Indja fejn iddiskutew din is-sitwazzjoni devastanti.
l-Indja bħalissa qed tara eluf ta’ mwiet hekk kif l-Isptarijiet qed jikrollaw mingħajr biżżejjed sodod biex jikkuraw lill-morda u b’nuqqas ta’ ossiġnu għalihom.