L-Indja rreġistrat minn tal-inqas 10,000 każ ta’ Covid-19 tul dawn l-aħħar 24 siegħa, fejn issa spiċċat qabżet lill-Italja.
Il-pajjiż issa għandu s-sitt l-ogħla livell ta’ każijiet ikkonfermati fid-dinja b’aktar minn 236,000 u kważi 7,000 imwiet.
Għal ġimgħat sħaħ ir-rata baxxa ta’ każijiet ta’ Covid-19 ħalliet lill-esperti mingħajr kliem fejn jidher li r-raġuni għal dak ir-riżultat kien minħabba li ma sarux biżżejjed testijiet għall-Covid-19.