Il-vettura spazjali Indjana Chandrayaan-3 irnexxielha tinżel b’suċċess fuq il-qamar illum waranofsinhar f’avveniment storiku ieħor għall-umanità.
Din il-ġrajja, li seħħet ftit ġranet biss wara missjoni falluta mir-Russja, għamlet lill-Indja r-raba’ pajjiż li rnexxielu jillandja fuq il-qamar.
L-Organizzazzjoni għar-Riċerka Spazjali tal-pajjiż qalet li l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess hekk kif iċ-Chandrayaan-3 niżlet fuq wiċċ il-qamar fil-parti t’isfel kif ippjanat fis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar ħin lokali.
Differenti minn missjonijiet spazjali preċedenti, l-Indja għażlet li tesplora n-Nofsinhar tal-qamar, bl-iskop li jinkiseb għarfien ġdid dwar jekk jeżistux partijiet li b’ilma maħżun fihom.
Din kienet it-tieni missjoni spazjali Indjana wara li fl-2019 iċ-Chandrayaan-2 tfarrket mal-inżul tagħha kawża ta’ diffikultajiet fis-software.
Wara l-Istati Uniti tal-Amerka, iċ-Ċina u l-eks Unjoni Sovjetika, l-Indja saret ir-raba’ pajjiż li rnexxielu jispara vettura fl-ispazju u jniżżhilha fuq il-qamar b’suċċess.