Il-Qorti Suprema tal-Indja neħħiet klawżola leġali li kienet tħalli rġiel ikollhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tfal taħt l-età li jkunu miżżewġin magħhom.
Din il-klawżola, li hi parti mil-liġi tal-Indja dwar l-istupru, kienet tgħid li sess bejn mara u raġel hu permissibbli dejjem jekk it-tifla jkollha aktar minn ħmistax-il sena.
L-eta legali ta’ kunsens u ta’ żwied fl-Indja hi dik ta’ 18-il sena iżda stupru li jseħħ fiż-żwieġ ma kienx jitqies bħala reat.
Il-verdett kien imfaħħar minn attivisti għad-drittijiet tan-nisa iżda li din l-ordni mhux se tkun faċli biex tiġi infurzata.