L-Indja bdiet tuża d-drones biex tibgħat it-tilqim kontra l-COVID-19 f’żoni remoti fil-pajjiż, fl-istess waqt li tgħaġġel il-proċess tal-vaċċinazzjoni.
Il-mira ta’ dan il-pajjiż hija li sal-aħħar tas-sena, ikunu mlaqqma ċ-ċittadini eliġibbli kollha, imma l-esperti qed jgħidu li dan diffiċli jsir.
Ċifri uffiċjali juru li sa issa, madwar sebgħin fil-mija ta’ dawk eliġibbli, ħadu minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin.
Fl-Indja ġew irrappurtati aktar minn tlieta u tletin miljun każ ta’ COVID-19, li jagħmluh it-tieni l-aktar pajjiż wara l-Istati Uniti li kellu infezzjonijiet ta’ Coronavirus, u t-tielet l-aktar li rreġistra mwiet wara l-Istati Uniti u l-Brażil.