L-Indja wettqet attakk bl-ajru kontra militanti f’Balakot fil-Pakistan, f’dik li hi meqjusa bħala eskalazzjoni tat-tensjonijiet bejn il-pajjiżi ġirien.
Il-gvern Indjan qal li l-attakk bl-ajru laqat kamp tal-grupp estremist Jaish-e-Mohammad.
Il-Pakistan qal li l-attakk laqat żona mhux popolata imma wiegħed li se jirritalja.
L-affarijiet bejn l-Indja u l-Pakistan marru lura wara attakk suwiċida li qatel iktar minn erbgħin suldat Indjan iktar kmieni dan ix-xahar.
L-Indja qed takkuża l-Pakistan qed iħalli gruppi estremisti joperaw mill-Pakistan u li s-servizz tas-sigurta Pakistani kellu x’jaqsam ma’ dan l-attakk. Min-naħa tiegħu l-Pakistan ċaħad li qed iħalli l-estremisti joperaw mill-pajjiż.