L-Indipendenza ta’ pajjiżna, tragward importanti fl-istorja ta’ pajjiżna, tiċċellebrah mhux bil-paroli fuq il-Fosos, iżda bil-fatti. Tiċċellebrah b’investiment ġdid ta’ $100 miljun mill-Istati Uniti li se jfisser 300 post tax-xogħol ġdid.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista spjega kif Malta Indipendenti tfisser aktar xogħol, aktar investiment u aktar opportunijiet għall-ħaddiema u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Il-ftehim iffirmat ma’ Crane Currency ilbieraħ huwa l-ikbar investiment fil-qasam tal-manifattura mill-1981 ‘l hawn. Il-Partit Laburista fisser kif filwaqt li ħaddieħor kien jagħmel l-imħatri li ma jibqgħux aktar fabbriki, dan il-Gvern qed iġib aktar investiment lejn Malta.
Gvern ta’ Joseph Muscat huwa Gvern li jiddeċiedi u frott id-deċiżjonijiet li jieħu qed iwasslu lil Malta sabiex tkun l-aqwa fl-Ewropa bil-fatti.
INVESTIMENT TA’ $100 MILJUN U 300 IMPJIEG