Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Santa Margherita, il-Mosta, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista qal li l-prerogattiva hija l-indafa biex naraw lil Malta aktar nadifa.
Huwa għalhekk li d-Dipartiment għat-tindif jaħdem lejl u nhar biex jilħaq dan il-għan. Id-Dipartiment għall-Indafa mmexxi minn Ramon Deguara, jalloka 80 ħaddiem kuljum biex jikinsu t-toroq u jiġbru l-iskart mormi legalment. Deguara semma kif id-Dipartiment għandu aktar makkinarju biex isir it-tindif fit-toroq permezz ta’ vetturi apposta.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, qal li r-riforma fil-Kunsilli Lokali, se tgħin biex lokalitajiet li għandhom is-sorveljanza tal-cameras ikunu jistgħu jaqbdu lill-persuni li jarmu b’mod illegali erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.