Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, naqsu b’erba’ mija u wieħed u sebgħin, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol f’Malta u Għawdex. Dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Dan skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn ħareġ kif elf u mija u tmien persuna kienu involuti f’inċident fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.
Il-maġġoranza tal-każijiet, b’madwar sbatax fil-mija, seħħew f’siti tal-kostruzzjoni. Mija u wieħed u sebgħin inċident fuq il-post tax-xogħol seħħ fis-settur tal-manifattura.
Min-naħa l-oħra bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, tliet ħaddiema tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol, jiġfieri l-istess numru meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.