Illum, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet notifikata dwar nar li seħħ fil-Marsa, ħdejn il-korsa, fejn kuntrattur tal-Korporazzjoni qed jimplimenta wieħed mill-proġetti ta’ titjib tan-netwerk tad-drenaġġ.
Il-proġett ta’ titjib tad-drenaġġ tal-Marsa huwa parti mill-impenn kontinwu tal-WSC biex ittejjeb l-infrastruttura tal-ilma u tad-drenaġġ ta’ Malta. F’dawn in-nirien inħarqu diversi pajpijiet tad-drenaġġ, tal-PVC, li kienu se jitpoġġew fit-trinek bħala parti minn dan il-proġett.
Il-Korporazzjoni hija infurmata li ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.
Il-Korporazzjoni u l-kuntrattur qed jikkollaboraw mal-awtoritajiet lokali biex jinvestigaw il-kawża tan-nirien.
Il-WSC tirringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u awtoritajiet oħra għar-rispons immedjat u għall-ħidma tagaħhom biex jitfu l-fjammi. Grazzi wkoll lill-komunità lokali tal-kooperazzjoni tagħhom.