Għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-in-work benefit permezz ta’ żieda ta’ għotja ta’ flus għal kull wild.
Il-Gvern din is-sena se jkun qed iwieżen aktar lil koppji fejn wieħed mill-ġenituri biss jaħdem. Għalhekk is-sena d-dieħla l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit għal din il-kategorija se titla’ minn €350 għal €450 għal kull wild waqt li l-inqas rata se titla’ minn €52 għal €75 għal kull wild.
B’dan il-mod, xorta jibqa’ l-inċentiv li jekk it-tieni ġenitur jidħol fid-dinja tax-xogħol, xorta jkun jaqblilhom għax l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit li jistgħu jirċievu titla’ għal €1,200 għal kull wild.