In-numru ta’ mwiet marbuta mal-COVID-19 fil-Brażil, qabżu l-erba’ mitt elf, it-tieni l-ogħla ċifra fid-dinja, hekk kif dan il-pajjiż fl-Amerka t’Isfel qed ikompli jissielet mal-programm ta’ tilqim li miexi bilmod ħafna.
Il-medja ta’ każijiet ġodda u mwiet għadha pjuttost għolja minkejja tnaqqis żgħir fl-aħħar jiem.
Il-Kungress fetaħ inkjesta biex jiġi investigat il-mod kif il-Gvern qed jamministra s-sitwazzjoni tal-pandemija.
Il-President Jair Bolsonaro qed jaffaċċja kritika qawwija u qed jitlef l-appoġġ.
Is-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tiggrava bil-varjanti li jinxterdu aktar malajr u n-nuqqas ta’ miżuri li ttieħdu mill-Gvern.
Ir-rata ta’ okkupanza tas-sodod fit-Taqsimiet tal-Kura Intensiva fl-isptarijiet għadha għolja, aktar minn disgħin fil-mija f’terz tal-istati, u x-xenarju għadu meqjus bħala wieħed kritiku.