Ikomplu r-reazzjonijiet pożittivi dwar il-pubblikazzjoni tal-white paper li tirregola s-suq tal-kera.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha għad-dokument, il-Caritas laqgħet b’sodisfazzjon il-prinċipji fid-dokument fosthom ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera, id-depożitu tal-kera li jrid jiġi ddikjarat kif ukoll l-inventarju. Il-caritas laqgħet ukoll il-propsta għall-inċentivar ta’ kuntratti fit-tul b’żieda stabbilità u aċċess regolat għas-servizzi tad-dawl u l-ilma. Fir-reazzjoni tagħha, Caritas tenniet li l-ħlas għal kera m’għandux ikun iktar minn terz tad-dħul tal-indivwi u jinżamm mointeraġġ tas-suq tal-kera. Ħeġġet ukoll biex jinħoloq mekkaniżmu ta’ infurzar effettiv.
Il-white paper kienet ukoll is-suġġet ta’ diskussjoni bejn is-Segregtarju Parlamentari Rodrick Galdes u l-Assoċjazzjoni ta’ min Iħaddem bil-President tal-MEA Dolores Sammut issejjaħ id-dokument bħala pass fid-direzzjoni t-tajba.
“Naħseb xi hija ħaġa li riedet issir. Trid iżomm bilanċ bejn il-bniedem li qed jikri, qed tħallih fi free market u tħallih jaħdem, u fl-istess ħin trid tindirizza u tipproteġi lis-suq tal-kera biex ma jogħliex bl-addoċċ kif ngħidu aħna”.
Waqt li kien qed jieħu sehm il-programm Aġenda fuq ONE it-Tlieta filgħaxija, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Izviluppaturi Maltin Sandro Chetcuti fisser il-pubblikazzjoni bħala waħda bbilanċjata u li ma xxaqleb lejn l-ebda naħa.
“Ma jidhirx li għandha lok li tqajjem kontroversja għaliex la qiegħdha xxaqleb lejn naħa u lanqas qiegħdha xxaqleb lejn in-naħa l-oħra. Jiġifieri qagħdu attenti biex ma jitnaffarx is-suq, u fl-istess ħin, il-Gvern qed jipprova jakkomoda aktar lit-tennant, lil min ma jistax jixtri.”
Is-Sinjura Janice Azzoppardi, il-fundatriċi ta’ Sensara Malta qalet li filwaqt li bħalissa s-suq għandu bżonn jiġi rregolarizzat, l-inkwilin għandu dejjem ifittex li jixtri l-post tiegħu.
“Ma jistax jiġi s-sid f’dak il-perjodu u jgħidlek isma. Il-kera m’għadhiex €700 imma l-kera se tkun €900, jew €1,000. Qed tagħti aktar sigurtà u stabbiltà lil min qed jikri madankollu persuna għandha dejjem tixtri u tinvesti fi propjetà”