L-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-unjins tal-ħaddiema ngħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ ċar kontra diskriminazzjoni ma’ ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija fuq il-post ta’ xogħol.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Anton Borg f’isem l-imsieħba soċjali qal li min iħaddem mhux se jaċċetta li min iħaddem iwettaq deskriminazzjoni ma’ ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija.
Minkejja li ġie rikonoxxut li l-Gvern ħa pass important biex jindirizza d-diskriminazzjoni fosthom mal-immigranti li jitħaddmu b’mod abbużiv, xorta waħda fadal ħafna xi jsir.
https://youtu.be/b9FErZ8IDD4
L-aktar settur li komuni jaħdmu fihom ħaddiema barranin huma fis-settur tal-ospitalità u l-kostruzzjoni. Tkellimna mas-Sandro Chetcuti, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi.
https://youtu.be/pvpWDxkTSkU
Bil-għan li l-ħaddiema barranin ikunu aktar rikonoxxuti f’pajjiżna, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja tkellem dwar il-proposti tal-Union.
https://youtu.be/GVYWq-JzqdQ
Għaldaqstant l-appella jiqba’ wieħed, biex fuq il-post tax-xogħol il-ħaddiema jitħallew jaħdmu f’dinjità u f’armonija u rispett lejn xulxin.