Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.
Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.
Is-sindku tal-Floriana Davinia Sammut Hili, qalet li lejlet il-festa ta’ San Publiju il-festival se jiġi fi tmiemu b’tapit tan-nar. Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Gavin Gulia, tkellem dwar l-importanza tal-festival għas-settur turistiku f’pajjizna. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li n-nar jifforma parti mill-kultura Maltija. U dan il-festival qiegħed jattira lejh aktar turisti sena wara l-oħra.
Intant, il-Ministru Mizzi qalet ukoll li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ta kuntratt ta’ seba’ snin lill-Air Malta Aviation Services biex joperaw is-servizz ta’ ground handling fl-Ajruport, flimkien mal-kumpanija Aviaserv. Dan wara proċess ta’ tender.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi. Il-ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time mal-Air Malta Aviation Services, qalbu fuq bażi full-time. Bil-Minitru Konrad Mizzi qal li bħalissa qiegħda isir ħidma biex il-ħaddiema ikollhom xiftijiet sostenibbli u skond il-ftehim il-kollettiv.