F’Ġunju li għadda, l-impjiegi full-time żdiedu b’5.3%, meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena l-oħra.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li l-provvista tal-ħaddiema, fix-xahar imsemmi, kienu jgħoddu għal 287,671.
Ix-xogħol full-time rreġistrat fis-settur privat żdied b’aktar minn 13,400 persuna għal total ta’ 234,365. Dan filwaqt li fuq perjodu tas-sena, l-impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu b’924 għal total ta’ 52,137.
Skont l-NSO ħareġ li l-irġiel jaħdmu full-time żdiedu b’5.1%, waqt li n-nisa żdiedu b’5.5%, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.