Il-kumpanija twitter ħabbret li ttieħdet id-deċiżjoni li l-ħaddiema tagħha jibqgħu jaħdmu mid-dar anke meta tgħaddi l-imxija tal-Coronavirus.
Din il-kumpanija għandha madwar 5,000 ruħ jaħdmu magħha. Dawn l-impjegati ilhom minn Marzu jaħdmu mid-dar iżda l-amministrazzjoni ta’ twitter iddeċidiet li dan il-metodu huwa aktar adattat għall-ħaddiema tagħha.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Jack Dorsey għarraf lill-ħaddiema permezz ta’ email li fiha qal ukoll li l-kumpanija beħsiebha terġa’ tiftaħ l-uffiċini tagħha qabel tmiem din is-sena, iżda mhux qabel Settembru.