‘L-Imnarja b’Differenza’ huwa l-isem tal-kampanja li ser tiċċelebra l-festa tal-Imnarja b’mod differenti minn snin passati.
Din il-kampanja ser tkun qed tieħu il-festa tal-Imnarja fid-djar. Dan għaliex ser jitellgħu filmati qosra iżda nformattivi dwar din il-festa u l-kultura marbuta magħha fuq il-midja soċjali.
Intant, aktar qrib id-29 ta’ Ġunju ser ikun hemm programmi speċjali fuq it-televiżjoni dwar din it-tradizzjoni.
Il-Ministru responsabbli mill-agrikultura saħaq dwar l-għan tal-kampanja li teduka lill-pubbliku.
Qal, “‘L-Imnarja b’Differenza’. Fejn aħna permezz ta’ filmati qegħdin nagħmlu kampanja biex il-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-mezzi tax-xandir nidħlu fid-djar tagħhom, ngħallmu lit-tfal tagħna, kemm hi sabiħa l-Imnarja, id-drawwiet tal-poplu tagħna u fl-istess ħin nuru tal-ikel li huwa tipikament Malti.”