Il-Qorti tal-Familja tgħid li wieħed ma jistax jistaħba wara l-immunità diplomatika f’każ ta’ kustodja tat-tfal.
Il-Qorti tal-Familja sostniet li l-immunità diplomatika mhix strument sabiex wieħed jevita l-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħu.
Dan intqal meta Spanjola, li kienet miżżewġa ma’ diplomatiku Spanjol stazzjonat f’Malta, ma tħallietx tara lil uliedha.
Fil-Qorti nstema’ kif il-koppja b’żewġ ulied kienu ddivorzjati, iżda meta r-raġel kiseb xogħol bħala diplomatiku f’pajjiżna, hi ġiet f’Malta wkoll sabiex tkun viċin uliedha.
Il-koppja kienu diġà daħlu l-Qorti f’Lulju li għadda, fejn il-mara riedet twaqqaf lir-raġel milli jitlaq mill-pajjiż b’uliedhom.
Wara dan, ir-raġel avża lill-Aġenzija tal-Protezzjoni tat-Tfal li mhux se jħalli aktar aċċess għat-tifel lil martu, hekk kif għandu l-immunità diplomatika madankollu l-Imħallef Anthony Vella qal kif din l-immunità mhiex skuża biex iċaħħad lil mara milli tara t-tfal.