Is-Supretendent tas-Saħħa pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-immunità għall-virus ddum bejn sitta u tmien ġimgħat biex titla’.
Hija sostniet li bħalissa għaddej aktar stħarriġ biex jiġi stabbilit meta huwa l-aħjar żmien li fih isiru t-testijiet tal-immunità biex naraw kemm hemm proteini li kapaċi jiġġieldu l-virus fil-ġisem li huma magħrufa bħala IGG. Għalhekk irid jiġi stabbilit meta hu l-aħjar żmien li jsiru dawn it-testijiet biex tiġi riflessa r-realtà ta’ hemm barra.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet dan meta mistoqsija mill-ġurnalist ta’ ONE News waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tat l-aħħar dettalji dwar l-imxija tal-Coronavirus f’Malta.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/05/14-il-kaz-gdid-ta-coronavirus-kollha-fi-stat-tajjeb-ta-sahha/
https://www.one.com.mt/2020/04/05/anzjana-ta-86-tirrizulta-fil-pozittiv-ghall-coronavirus/