65% tal-Maltin li wieġbu għall-istħarriġ tal-Ewrobarometru semmew l-immigrazzjoni fost l-affarijiet li l-iktar iħassbuhom.
Wara l-Maltin semmew it-terroriżmu bħala sors ta’ inkwiet. Dan kien imsemmi minn 45%. Il-qagħda ekonomika tissemma biss minn 10% tal-Maltin.
Bħal Maltin l-Ewropej ukoll huma imħassba bl-immigrazzjoni, għalkemm din tissemma minn 45% tal-Ewropej. 32% isemmu t-terroriżmu.
Dan ifisser li għalkemm direttament Malta hija milquta inqas minn pajjiżi oħra mill-fenomenu tal-immigrazzjoni u t-terroriżmu minn pajjiżi oħra xorta waħda jissemmew iktar għaliex f’pajjiżi oħra hemm inkwiet ieħor bħal qgħad, l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi.