Il-baħar Mediterran qed jibqa’ jiffaċja kriżi ta’ immigrazzjoni. Anke jekk fl-aħħar ġimgħat jidher li l-affarijiet ikkalmaw xi ftit iktar minn 90,000 immigrant diġa’ daħlu l-Italja din is-sena.
Mark Micallef, ġurnalist li jispeċjalizza fir-rapportaġġ dwar l-immigrazzjoni tenna li għadu kmieni biex wieħed jinterpreta dak li seħħ fl-aħħar jiem u jekk dan ux se jibqa’ jkun kostanti.