Mill-ewwel ta’ Jannar, il-Portugall ħa t-tmum tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew għas-sitt xhur li ġejjin.
Il-Presidenza Portugiża ġiet wara l-Presidenza Ġermaniza, li matulha ntlaħaq ftehim dwar il-budget Ewropew flimkien mal-ftehim tal-Green Deal.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal kif din il-Presidenza se tkompli taffaċċja l-isfidi tal-pandemija.
Qal kif, “Suċċess li tiftiehem, imma imbagħad l-iktar ħaġa importanti jekk dak li tiftiehem fuqu, kif se jaffettwa l-ħajja tan-nies ta’ kuljum, fix-xogħol tagħhom, fil-ħajja tagħhom, fis-sistemi tas-saħħa, fis-sitemi tal-edukazzjoni u f’dak kollu li ngħixu fil-ħajja ta’ kuljum.”
Sfida oħra għal din il-Presidenza hija biex iżżid l-impjiegi.
Spjega, “Il-Portugall immexxi minn partit ta’ Soċjalisti u Demokratiku għandu l-valuri ta’ drittijiet tal-ħaddiema u allura se jaħdem biex jagħti każ kemm id-drittijiet tal-ħaddiema, kif ukoll li jipproteġu lill-penzjonanti, lit-tfal u dakw li għandhom bżonn fis-soċjetà tagħna.” (17 secs)
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal kif il-Presidenza Portugiża mistennija tissokta bil-ħidma fuq l-isfida tal-immigrazzjoni.
Qal, “Il-Presidenza Portugiża qed tgħid li rridu nsibu bilanċ, aħna naqblu miegħu. Bilanċ bejn li ma nħallux kemm jista’ jkun l-immigrazzjoni rregolari, dawk li jitilqu minn pajjiżhom u jidħlu f’pajjiżi oħra mingħajr permess. Imbagħad kif noffru opportunitajiet għal dawk li għandna bżonn għat-tkabbir ekonomiku tagħna u kif tistma’ ta’ nies lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna u tipprova tintegrahom fis-soċjetá. Aħna ma dak it-tip ta’ bilanċ naqblu.”