Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo kellu laqgħat mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż Jean Yves Le Drian.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Bartolo qal li Malta u Franza għandom relazzjonijiet eċċellenti li żviluppaw tul is-snin f’dak li hu kummerċ, investiment u kultura.
Il-Ministru Bartolo qal li Malta hija favur Libja magħquda, li titmexxa mil-Libjani stess, u li jagħmlu użu mir-riżorsi tagħhom. Qal ukoll li issa l-Gvern se jħares ‘il quddiem għal aktar diskussjonijiet dwar il-migrazzjoni fl-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar ir-rilokazzjoni.
Min-naħa tiegħu l-Ministru Franċiż qal li Franza kienet parteċipi fil-mekkaniżmu tar-rilokazzjoni.
Il-Ministri qablu wkoll li għandu jkun hemm soluzzjoni permanenti li tkun parti mill-Patt dwar il-Migrazzjoni Ewropew.