L-immigranti tal-MV Aquarius li ddaħlu Malta fil-ġimgħat li għaddew, jinsabu fuq vjaġġ fi triqithom lejn Spanja.
Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sanchez li qed ikun parti mis-soluzzjoni għal din il-problema fil-Mediterran.
Thank you @sanchezcastejon for your key role in helping share the responsibility of rescues in the #Mediterranean. Group of migrants leave #Malta for #Spain as part of an ad hoc agreement -JM pic.twitter.com/SAAXytTF0a
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 4, 2018
Dan ġie kkonfermat iktar kmieni hekk kif fuq Twitter il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ħabbar li dawn l-immigranti ser ikunu fi triqithom lejn Spanja b’ħadd minnhom ma jibqa’ Malta.
Kienu l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta li flimkien b’responsabbiltà ħadu l-miżuri neċessarji sabiex isibu tarf ta’ din il-problema fil-Mediterran.
Fil-fatt il-Ħadd li għadda, il-Forzi Armati ta’ Malta għenu sabiex jiddaħħlu f’pajjiżna 58 immigrant tal-MV Aquarius minn fuq vapur ta’ għaqdiet mhux governattivi.