Disa’ immigranti mill-Malti li qed jistennew biex ikunu deportati bħala parti minn ħidma Ewropea ta’ ritorn mhux se jinżammu iktar f’detenzjoni.
Dan sakemm imbagħad jaslu d-dokumenti u jkunu jistgħu jintbagħtu lura pajjiżhom.
Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kabinett tal-Ministri li kienet ikkomunikata mill-Ministru, Carmelo Abela.
F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li issa għadda wisq żmien minn meta ntalbu d-dokumenti uffiċjali mill-Mali u dawn għadhom ma’ waslux. B’hekk l-immigranti, li ilhom Malta diversi snin, mhux se jibqgħu f’detenzjoni. Għalkemm se jmorru lura xorta jekk u meta jaslu d-dokumenti.