“Min għamel żbalji ħoxnin bħal dawn, għandu jkollu d-diċenza u l-umilta’ li jaċċetta li għamel żball u jisparixxi mix-xena politika.” Hekk saħaq ma’ ONE NEWS l-editur tal-Malta Today Saviour Balzan:
Meta tagħmel żball oħxon ta’ dan it-tip fejn ma ddaħħalx biss il-familja Muscat imma ddaħħal xena ta’ mibgħeda – nies jgħiru lil xulxin naħseb li għandhom ikollhom l-umilta’ u josfru lil hemm għallinqas mix-xena politika.
Mistoqsi dwar l-inkjesta Maġisterjali fejn mill-eżamijiet li saru mill-Esperti Forensiċi Barranin irriżulta li d-Declarations of Trust kienu ffalsifikati, is-Sur Balzan qal li l-imħuħ wara l-istorja Egrant ħadmu b’mod malizzjuż:
Caruana Galizia hija persuna kienet persuna li ma tikkonfermax l-istejjer u ċċappas l-istejjer mingħajr ebda konferma. Pierre Portelli u Daphne Caruana Galizia kienu jafu li d-dokumenti m’għandomx il-fondazzjoni ta’ ċertezza u baqgħu għaddejjin. Dawn ħadmu b mod malinn.
Is-Sur Balzan semma kif jumejn qabel l-elezzjoni fuq il-programm tiegħu, Pierre Portelli sfaċċatament qal li d-dokumenti dwar Egrant kien rahom bil-Maġistrat Bugeja jibgħat għalih biex jippreżentahom fl-inkjesta.
Pierre Portelli kellem lil Eifimova u wrietomlu fuq biċċa IPAD, għamel xi fotokopja – ħadhom bħala benfatt u ppreżentahom -matul dan iż-żmien kollu n-nies li kienu f din il-borma kienu jafu li m’hemmx ċertezza kbira fuq din l-istorja.
Minkejja li ż-żejt telgħa f’wiċċ l-ilma u Pierre Portelli qed jipprova jfarfar mir-responsabilita, l-editur maniġerajli tal-Maltatoday qal li l-preġju tal-istorja Egrant għandhom jieħduh Daphne Caruana Galizia, Maria Efimova u l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil:
Pierre Portelli qed jipprova jagħti l-impressjoni li ma kellu xejn x’jaqsam ma dan l-avveniment- jiddispjaċini- jekk ma kienx il-kowċ kien il-manager jew l-istriker- il preġju ta’ dan kollu għandu jieħdu hu- Caruana Galizia , Efimova u Simon Busuttil.
Is-Sur Balzan semma kif sena u tlett xhur ilu f’Malta kien hawn tensjoni kbira fejn saħansitra ħbieb u familji ma jkelmux lil xulxin minħabba episodju li kien ibbażat fuq l-immaġinazzjoni:
L-atmosfera 15-il xahar ilu kienet kerha, n-nies ma jkellmux in nies – kienet atmosfera li ma tridx terġa tgħixha għax kien hemm episodju li kien ibbażat fuq l-immaġinazzjoni fuq il-fatati.
Mistoqsi dwar id-deċiżjoni li ħa Adrian Delia li jitlob għas-soġensjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mill-partit, is-Sur Balzan qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx fadallu triq oħra x’jieħu.