L-Imħallef Miriam Hayman kellha kliem iebes għall-Avukati ta’ Yorgen Fenech, is-supsettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, wara li ma tellgħetx ix-xhieda tagħha quddiem il-Qorti.
Meta l-Avukat Charles Mercieca pprova jispjega s-sitwazzjoni, l-Imħallef insistiet li ilha ssegwi l-każijiet minn qabel ma twieled hu.
L-Imħallef sostniet li bl-aġir tad-Difiża ta’ Fenech inħela l-ħin.