L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrikużat ruħha mill-ġuri ta’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu dwar l-attentat ta’ hold-up mill-bank HSBC.
Muscat kien talab biex l-Imħallef tirrikuża ruħha u qal li ħuha, il-Ministru José Herrera, ma kienx wieħed mill-politiċi li allegatament huma implikati f’dan il-każ.
F’digriet, l-Imħallef Scerri Herrera laqgħet it-talba ta’ Vince Muscat u qalet li l-ġustizzja mhux biss għandha ssir imma għandha tidher li qed issir.
Dan bil-għan li jiġi evitat xi suspett ta’ imparzjalità.
Il-każ intbagħat għand il-Prim Imħallef biex jerġa’ jiġi assenjat lil ġudikant ieħor.