Illum fil-Qorti, l-Imħallef Neville Camilleri għamel l-ewwel diskors tiegħu f’Awla numru tnejn u għoxrin bħala Imħallef.
Hu saħaq li jinsab ferm onorat b’din il-ħatra u ħa lil dawk kollha preżenti fl-awla fuq vjaġġ ta’ kif minn meta kien żgħir ġie ispirat sabiex jasal fejn wasal illum.
Qal li fl-għaxar snin li serva bħala Maġistrat, kellu diversi esperjenzi kemm dawk tajbin kif ukoll dawk iżjed diffiċli.
Tenna li issa bħala Imħallef se jkun qed jieħu taħt idejh l-iżjed każijiet ċivili u appella sabiex bħalma hu se jkun qed jirrispetta l-ħin u jiġi preparat, appella li dawk li jaħdmu miegħu jagħmlu l-istess.
Saħaq li jeħtieġ ikun hawn Maġistrati li jiffokaw xogħolhom fuq inkjesti maġisterjali biss għaliex matul iż-żmien, ix-xogħol fl-inkjesti żdied.
Preżenti fl-awla kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.