L-attitudni ta’ Rosemarie Aquilina, l-imħallef li ssorveljat il-kundanna ta’ tabib tal- ġinastika Larry Nassar, kien sempliċi ħafna: jekk in-nisa li Nassar weġġa’ u li tul ħajjithom riedu jum biex jikkonfrontawh, allura għandhom ikollhom l-opportunità.
B’riżultat ta’ dan, madwar 150 tfajla u nisa żgħażagħ taw xhieda fil-kamra tal-qorti tas-Sinjura Aquilina, ħallew l-agunija tagħhom toħroġ lejn Nassar. Għal kull vittma, is-Sinjura Aquilina kellha biss kliem ta’ inkoraġġiment u appoġġ.
Fil-Konfront ta’ Nassar, l-Imħallef qalet li riabilitazzjoni ma teżistiex għaliex diġa’ kien ingħata ċans u dan ma ħadux. ħeġġet lin-nisa jibdew ħajja ġdida u lil tfajla minnhom li kienet tikteb il-kanzunetti u waqfet, qaltilha li issa ċ-ċans li tikteb melodija ta’ tifla fi ċkunitha.
L-Imħallef kellha wkoll kliem ta’ tifħir għal dawk in-nisa li ngħaqdu fil-protesti. Aquilina ġiet imlaqqma bħala Barracuda Aquilina.