L-Imħallef Edwina Grima ċaħdet it-talba ta’ Yorgen Fenech.
Dan wara li d-Difiża ta’ Fenech għamlet talba biex l-Imħallef Grima tastjeni milli tippresjedi l-ġuri ta’ Fenech b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Din it-talba saret minħabba li l-Imħallef Grima tista’ tkun qed tippresjedi flimkien ma’ Imħallfin oħra fl-appell li jista’ jsir wara l-ġuri.
Intant l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sejjaħ din it-talba bħala waħda frivola u ċaħad li kien involut fl-għażla tal-ġudikant.
Kien għalehkk li l-Imħallef Grima qablet ma’ dak li qal l-Avukat Ġenerali, u ddikjarat li ma hemm l-ebda ostakli biex tippresjedi f’dan il-ġuri.