Wara sena mill-qasma tal-MEPA, biex illum pajjiżna għandu Awtorità tal-Ippjanar u Awtorità tal-Ambjent, l-Imħallef Emeritus Joseph David Camilleri inħatar biex isegwi x-xogħol li sar miż-żewġ awtoritajiet.
Matul din is-sena l-Awtoritajiet kienu affaċċjati b’numru ta’ sfidi li jeħtieġ li jiġu ndirizzati biex ikunu jistgħu jiprovdu servizz regolatorju effiċjenti u aktar effettiv.
Il-Ministru Herrera qal li l-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni tax-xogħol tal-PA u tal-ERA biex, fost oħrajn, tkun tistà tijieb il-komunikazzjoni bejnithom.
Herrera għamel referenza għar-rapport annwali dwar l-ambjent fl-2016 tal-Ombudsman u stqarr li l-Gvern hu sensittiv għad-differenzi okkażżjonali bejn iż-żewġ awtoritajiet u għalhekk fi kliemu l-ħatra ta’ Joseph David Camilleri se tkun qed twassal għal aktar effiċjenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu filwaqt li l-pubbliku jkollu aktar kunfidenza fl-ERA u fil-PA.
Joseph David Camilleri kien chairperson tal-Kumitat tan-Natural Heritage Advisory u għalhekk għandu l-esperjenza neċċessarja, fi kliem il-Ministru Herrera, biex isegwi x-xogħol tal-awtorijajiet.