L-Imħallef David Attard ġie elett bħala Viċi-President tat-Tribunal Internazzjonali dwar il-Liġi tal-Baħar.
Dan huwa rikonoxximent kbir għall-ħidma tal-Imħallef Attard u għal pajjiżna li se jkompli bit-tradizzjoni twila tiegħu li bdiet mil-legat li ħalla Arvid Pardo 50 sena ilu meta tkellem fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u ta bidu għall-Konvenzjoni Internazzjonali fuq il-Liġi Internazzjonali tal-Baħar.
Fi stqarrija uffiċjali, l-Gvern Malti awgura lis-Sur Attard għal kariga ġdida tiegħu.