L-Imħallef Carmel (Lino) Agius huwa l-president tal-Mekkaniżmu Internazzjonali li jeżerċita s-setgħat residwi tal-Qrati Kriminali tan-Nazzjonijiet Uniti wara li ġie appuntat mis-segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres.
Qabel ħa postu bħala president tat-Tribunal Internazzjonali Kriminali għall-Yugoslavia fl-elfejn u wieħed, l-imħallef Agius serva bħala maġistrat fil-qrati Maltin mill-1977 sal-1982.
Biex wara ppreseda fil-qrati superjuri ta’ Malta, fil-Qorti tal-Appell u l-Qorti Kostituzzjonali sakemm irtira mill-irwol tiegħu ta’ imħallef fil-qrati maltin fl-2010.