Għexu flimkien 74 sena, l-anqas il-mewt ma seta’ jżomm lil Leonard Cherry u l-mara tiegħu Hazel ‘il bogħod minn xulxin.
Iżżewġu fl-1942 f’Muldoon, Texas u kienu l-iskola flimkien. Il-ġimgħa l-oħra mietu t-tnejn ftit sigħat minn xulxin. L-uniku neputi tagħhom Craig Cherry, iddeskriva l-imħabba tagħhom bħala l-iktar eżempju b’saħħtu ta’ xi tfisser l-imħabba u li qatt ma ra koppja bħalhom.
Huwa stqarr ma’ CNN, li dejjem kien ikollhom tbissima fuq wiċċhom u li kienu jirrispettaw u jħobbu lil xulxin bla limitu. Minkejja li l-familja qed tibki t-telfa tal-omm u l-missier, binhom David Cherry li għandu 72 sena qal li jinsab kuntent li ommu u missieru se jkunu verament qed jgħixu u jgawdu lil xulxin għal dejjem.
Leonard Cherry, li kellu 95 sena kien qed jiġi rekoverat fl-isptat St.Catherine f’Waci, iżda l-mara, Hazel Cherry li kellha 93 sena kienet għadha b’saħħitha. Leonard miet fis-13.00 filwaqt li martu mietet fil-23.00. Dik il-kelma li taw lil xulxin fuq l-artal baqgħu iżommuha sal-aħħar nifs ta’ ħajjithom.