“L-imħabba mhux ser tonqsok, int miraklu ħaj.”
Dan saħqu l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia meta ltaqa’ ma’ Selah Hajras, it-tifla Palestinjana ta’ tliet snin li ma’ missierha Ashraf, inġiebet Malta għall-kura wara li spiċċat issofri minn ġrieħi gravi.
L-Ispeaker tenna li l-wasla ta’ Selah f’Malta u l-kura li qed tingħata mhi xejn għajr imħabba u rispett lejn il-ħajja tal-bniedem mill-poplu Malti.
L-Ispeaker temm jgħid li filwaqt li llum nifirħu b’Selah li tinsab magħna u li dan huwa verament miraklu, għandna nkomplu ninsistu li d-djalogu għandu jibqa’ l-aqwa arma biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt li għaddej bħalissa fil-Lvant Nofsani.
Selah Hajras u missierha Ashraf kienu akkumpanjati mill-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta, Fadi G.H. Hanania u laqagħhom fl-ajruport il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia.