Il-grupp fuq Facebook ‘Australian Maltese’ ilaqqa’ dawk kollha li għandhom rabta mal-Awstralja, kemm jekk Maltin jgħixu hemm jew inkella nies li jinsabu Malta bi qraba l-Awstralja, u anke nies li forsi żaru l-Awstralja u għoġbithom.
Min ikun jgħix bogħod minn art twelidu spiss iħoss il-bżonn li jesprimi l-imħabba tiegħu lejn pajjiżu.
Kitba partikolari fuq il-paġna titlob lil kull min għandu tattoo li tirrappreżenta lil pajjiżna biex jibgħat ritratt, u b’hekk iservi ta’ ispirazzjoni għal xi ħadd li jixtieq jagħmel tattoo.
Ir-risposti kienu bosta u kienu interessanti mmens. Min b’żewġt’ibnadar, min bil-kunjom, min b’rabta politika, min b’disinni elaborati u min b’xi kitba.
Hawn madwar tletin ritratt li forsi jħajru lil min qed jaħseb biex jagħmel xi waħda…
Biex tara r-ritratti kollha, agħfas fuq il-lemin jew xellug tal-istampa hawn taħt.