L-imħabba vera teżisti bejn koppja? L-imħabba hija għal dejjem? San Valentinu hija festa ta’ materjaliżmu?
Din il-ġimgħa, AWLA ser tiftaħ għal koppji differenti u magħhom, Ronald Vassallo jiddiskuti bosta temi relatati mal-imħabba.
L-Għannej Tony Camilleri u martu Liliana, il-kantant Glen Vella u r-raġel tiegħu Sando u l-preżentatur Keane Cutajar u t-tfajla tiegħu Francesca Attard se jkunu l-mistiedna ta’ din il-ġimgħa.
AWLA jixxandar it-Tlieta 11 ta’ Frar fid-8:45pm fuq ONE
