Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ikkonferma l-qagħda ferm tajba tal-ekonomija Maltija.
Fi stqarrija wara li temmew l-analiżi annwali tagħhom tal-ekonomija ta’ pajjiżna, l-esperti tal-IMF sostnew li “Malta’s economic growth remains one of the strongest in Europe, reflected by rapid income convergence towards the EU average”. Skont l-IMF, dan ir-riżultat huwa dovut għal politika ekonomika mħaddna mill-Gvern. Tant li fl-istqarrija jingħad li “prudent policies advanced structural reforms and contributed to the strengthening of private and public-sector balance sheets, while steady job creation drove unemployment to historically low levels”.
Dan is-suċċess ekonomiku mistenni jkompli fis-snin li ġejjin bl-esperti tal-IMF jgħidu li “Malta’s robust economic performance is set to continue” minkejja riskji fis-sitwazzjoni internazzjonali. Dan imur kontra d-diskors tal-Oppożizzjoni li qed tbeżża’ li l-ekonomija tagħna ser tmur ħażin u li l-futur ta’ diversi setturi huwa fil-periklu.
Dan ir-riżultat qed jikkonferma analiżi oħra pożittiva mill-Kummissjoni Ewropea fl-Autumn Forecast li bassret li pajjiżna ser ikollu l-aqwa tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li l-Oppożizjoni ssostni li l-finanzi pubbliċi huma f’riskju, l-IMF ifaħħar il-politika tal-Gvern, tant li l-istqarrija tgħid “the mission welcomes the progress made in improving public finances”. L-esperti tal-IMF fil-fatt innutaw li l-Gvern laħaq il-mira ta’ bilanċ strutturali fl-2016, iġifieri tlett snin qabel ma kien previst. Dan jikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak li kien jiġri fil-passat, meta l-miri fiskali kienu dejjem jiġu posposti sena wara l-oħra.
L-IMF innota li t-tkabbir ekonomiku qawwi ta’ pajjiżna qed joħloq sfidi ġodda, fosthom pressjoni fuq l-infrastruttura kif ukoll nuqqas ta’ ħaddiema f’ċertu oqsma. Madanakollu l-istqarrija tal-IMF tirrikonoxxi l-istrateġija tal-Gvern f’dan ir-rigward. Jingħad li “the government’s medium-term strategy to improve road quality and increase the utilisation of alternative means of transport is a step in the right direction”.
L-esperti tal-IMF jgħidu wkoll li “recent government initiatives to enhance the training and education systems will help contain the skill gap. This, together, with continued steps to boost the incentives to work and delay retirement, would also sustain the upward trend in female labour force participation”.
Fl-istess ħin l-IMF innota l-ħidma tal-Gvern biex żidiet fil-prezzijiet tal-propjeta ma joltqux ħażin lil dawk l-aktar fil-bżonn. Fil-fatt l-istqarrija ssostni li “efforts to expand social housing, such as providing financial incentives for homeowners that make their property available to low-income households, are welcome”. L-esperti tal-Fond ifaħħru wkoll il-miżuri li ttieħdu fis-sussidju tal-kirjiet kif ukoll is-social loans.
Filwaqt li jilqa dan iċ-ċertifikat pożittiv, il-Gvern jemmen li, wara li pajjiżna kellu aċċelerazzjoni fit-tkabbir ekonomiku, il-momentum għandu jinżamm u jsir l-investiment neċessarju biex niggarantixxu l-futur tagħna. Huwa għalhekk li l-Gvern ser ikun qed jieħu miżuri biex itejjeb l-infrastruttura u r-riżorsi umani ta’ pajjiżna u jkompli jaħdem biex il-ġid jasal dejjem aktar ghand kulħadd.