Il-belt antika ta’ Malta, l-Imdina bħalissa tinsab mixgħula bid-dawl ta’ lewn blu b’kuxjenza dwar l-awtiżmu.
Dan id-dawl simboliku qed iqajjem kuxjenza dwar l-awtiżmu.
It-Tlieta filgħaxija ċ-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat xegħlet b’dan id-dawl, is-swar tal-Imdina u anki lill-Casino Notabile Mdina.
Din filfatt kienet is-sitt edizzjoni ta’ din l-inizzjattiva li qed tqajjem iżjed għarfien dwar l-awtiżmu.
F’indirizz li għamlet ftit qabel, hija appellat biex is-soċjetà tempatizza mal-familji li fihom hemm membri bl-awtiżmu.
Fil-preżenza tal-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu, is-Sinjura Muscat qalet li dawn il-ġenituri għandhom diversi sfidi quddiemhom iżda dawn qed isarrfu dawn l-istess sfidi f’xogħol fejjiedi favur il-kuxjenza dwar l-awtiżmu.
Hija spjegat ix-xogħol siewi li qed tagħmel il-Fondazzjoni Marigold u kif din tinsab msieħba mal-għaqda Amerikana Autism Speaks li hija waħda mill-akbar organizazzjonijiet fid-dinja li twassal kuxjenza dwar l-awtiżmu.