L-iktar kartolina antika li nkitbet fl-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu madwar 230 sena ilu, inbiegħet għal £7,000.
Il-kartolina kienet deskritta bħala “delikata u mqatta’”, iżda “speċjali ħafna”.
Din id-dikjarazzjoni ta’ mħabba hija maħsuba li nkitbet fl-1790.
Jakki Brown ta’ 54 sena – li hija l-editur ta’ rivista dwar kartolini f’Londra – xtrat il-kartolina. Hija tikkollezzjona l-kartolini, u wara li rebħet l-irkant qalet li ħasbet li xiħaddieħor kien se jilħaq jixtriha qabilha u bl-inkwiet lanqas raqdet il-lejl ta’ qabel.
Il-messaġġ fuq il-faċċata tal-kartolina jgħid hekk: “Farewell you sweet and turtle dove. On you alone, I fixed my love. And if you can never be mine, I never can no comfort find!”
Din hija maħsuba l-ewwel kartolina f’Jum San Valentinu, filwaqt li l-ewwel ittra miktuba bl-Ingliż f’dan il-jum ta’ mħabba hija maħsuba li nkitbet fl-1477.
Fl-Ingilterra, Jum San Valentinu beda jiġi ċċelebrat fis-seklu sbatax.