Fl-2015, is-swali taċ-ċinema Maltin ġibdu 704,243 persuna li b’kollox kellhom 3075 film differenti x’jaraw.
Minnhom, l-industrija tal-films Maltija pproduċiet tmien films lokali, u b’ għoxrin elf u tlett mitt persuna li marret tarhom fuq il-liżar taċ-ċinema, kienu ġġenerati mitt elf ewro. Dan minn statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Mit-367 barrani li ntwerew fis-26 sala taċ-ċinema f’ Malta, erbgħa minn kull ħamsa kienu t’ oriġini Amerikana. L-iktar film popolari mal-Maltin kien il-film t’ azzjoni Spectre li ġibed, 140, 389 spettatur.
Warajh segwa l-film animat tal-kreaturi żgħar sofor, Minions li jidher li serqu l-qlub tal-Maltin ukoll, meta fl-2015 ġibdu 37,139 persuna. It-tielet post ittieħed mit-thriller Fast & Furious 7, ir-raba’ mill-film romantiku 50 Shades of Grey u l-ħames mill-fantaxjenza Jurassic World.