It-tiratur Malti, William Chetcuti, kiser is-skiet wara l-prestazzjoni xejn tajba li kellu fl-Olimpjadi ta’ Rio. Fil-paġna tiegħu fuq facebook kiteb: “Il-wirja tiegħi ilbieraħ kienet waħda mill-iktar esperjenzi qarsa u ta’ wġiegħ fil-karriera tiegħi. Nerfa’ r-responsabbiltà.”
Stqarr li diffiċli kemm hu diffiċli dan iż-żmien ma setax ma jirringrazzjax lil familtu, lill-kowċ, lill-kumitat Olimpiku Malti, l-isponsors u lil sħabu t-tiraturi maltin.
Sostna iżda li l-ikbar GRAZZI ried iħalliha għal dawk kollha li jappoġjawh, il-pubbliku sportiv Malti li awguralu u kellu messaġġi ta’ kuraġġ wara dak li seħħ.
Qal li issa jrid jerġa’ jibda tiela ‘l fuq b’determinazzjoni kbira, bil-kompetizzjoni kbira li jmiss tkun f’Ottubru f’Ruma. Kompetizzjoni li tiġbor fiha l-aqwa tnax –il tiratur minn skont kif marru fit-Tazzi tad-Dinja li saru matul is-sena u li ġara x’ġara lbieraħ William Chetcuti hu wieħed minnhom.