B’kolaborazzjoni ma’ aġenzija Żvediża, Åkestam Holst, IKEA għadha kif iddeċidiet li tbiddel l-ismijiet ta’ diversi prodotti biex tqabbilhom mal-aktar problem komuni li koppji jsibu fir-relazzjoni tagħhom fl-Iżvezja.
Is-sit li tnieda ftit ilu bl-isem ta’ Retail Therapy, iqabbel kull problema ma’ prodotti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex isolvu l-istess problema.
Eżempju ċkejken hu li mqas li jinsab għal bejgħ fuq is-sit għandu l-isem ta’ “It-tifel tiegħi jilgħab wisq fuq il-kompjuter”, filwaqt li sufan li jista’ jintuża bħala sodda ta’ wieħed ingħata l-isem ta’ “Is-sieħeb/sieħba jonħor wisq”. Din l-inizjattiva ttieħdet wara li bdew kampanja bl-isem ta’ “Where Life Happens – Fejn Isseħħ il-Ħajja”.
Din mhux l-ewwel darba li l-IKEA ssorprendiet lill-klijenti tagħha dan wara li ftit ġimgħat ilu l-IKEA ħolqot turija tal-kundizzjonijiet ta’ ħajja ta’ familja refuġjata li tgħix is-Sirja proprju fil-ħanut tagħhom fin-Norveġja.