Fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta , l-ikbar żieda ta’ HIV kienet fost irgiel li jkollhom x’jaqsmu ma’ irġiel oħra.
Din l-informazzjoni ingħatat meta l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta preżenta l-għanijjet tal-Gvern Malti u li qed jiġu preżentati waqt il-Presidenza Maltija.
Fost oħrajn l-għanijiet tal-Gvern Malti huma li sal-2020, 90 % ta’ persuni nfettati fl-Unjoni Ewropea ikunu jafu li għandhom din il-kundizzjoni. Bħalissa r-rata hija 85%, u f’Malta 75% tan-nies infettati bl-HIV jafu.
Ghan ieħor huwa li 90% tal-persuni nfettati jkunu qed jieħdu trattament necessarju. F’Malta 99% ta’ dawk li għandhom l-HIV qed jieħdu trattament.
F’dawn l-aħħar għaxar snin hemm żieda li dejjem qed tikber fil-persuni li għandhom il-vizju tad-droga u huma nfettati bl-HIV.