Il-Ħamis inkisser rekord nazzjonali ġdid bl-akbar numru ta’ statwi, xogħol ta’ artist uniku, armati fl-istess triq fil-ġimgħa ta’ festa tar-raħal.
Dan ir-rekord twaqqaf mill-Kumitat Festi Esterni Santa Venera A.D 1971, bil-wiri u l-espożizzjoni tal-istatwi tal-artist mibki Renzo Gauci minn Ħal Tarxien.
L-istatwi fuq medda ta’ 419-il metru tul Triq il-Kbira San Ġużepp, jammontaw għal 27 u jinkludu 20 anġlu, erba’ qaddisin verġni u martri, oħra ta’ San Ġorġ Preca, dik ta’ Santa Venera u allegorija li tfakkar il ftuħ tal-knisja.
