Pajjiżna se jirċievi l-akbar allokazzjoni ta’ fondi Ewropej fl-istorja tiegħu msieħeb fl-Unjoni Ewropea. Tħabbar dan ftit wara li ntlaħaq ftehim bejn il-mexxejja Ewropej fuq il-profil ta’ facebook tal-Gvern ta’ Malta.
Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter sostna li dan huwa riżulatat mill-aktar tajjeb għal Malta.
#EUCO just reached an agreement on the #mff & Recovery EU. A great result for #Malta – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 21, 2020
Bħalissa teżisti stennija għaċ-ċifri uffiċjali li se juru x’kien allokat għal Malta mill-ftehim fuq budget ta’ €1.82 triljun. Il-ftehim jinkludi €1.074 triljun għal budget Ewropew 2021-2027 u fond ta’ rkupru ta’ €750 biljun. Dan l-aħħar fond se jkun maqsum fi tnejn, €390 biljun f’għotjiet u €360 biljun f’self.
Iktar dettalji dwar x’se tirċievi Malta fil-ħin li ġej.