Gold Standard.
Kien b’dan il-mod li Peter Vincent, konsulent ġenerali ta’ Thomson Reuters, iddeskriva l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
Dan waqt workshop tal-Investment Migration Council li qed isir f’pajjiżna.
Is-Sur Vincent studja bosta programmi taċ-ċittadinanza madwar id-dinja u wasal għal konklużjoni li Malta għandha l-aqwa programm.
Fid-dawl li fid-dinja hawn ħafna nies li jippruvaw isibu dgħjufijiet fi ħdan programmi ta’ ċittadinanza b’investiment u b’hekk jinfiltraw fihom, is-Sur Vincent iħoss li pajjiżna għandu responsabbiltà fuq dan l-aspett.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li grazzi għad-due diligence rigoruż tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, uħud mill-iktar nies sinjuri fid-dinja ma ngħatawx iċ-ċittadinanza Maltija.
Innota wkoll li permezz tal-programm, il-Gvern Malti għandu aċċess għal firxa iktar wiesgħa ta’ talent. Dan filwaqt li pajjiżna jista’ jinvesti flus iġġenerati mill-programm biex jindirizza problemi li ilhom fuq l-ixkaffa.
Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza
Dwar il-programm tal-viza u r-residentza, is-sinjura Farrugia qalet li dan għadu fil-bidu tiegħu u għandu l-għan li jirriġenera l-ekonomija maltija u l-industrija tas-servizzi.