Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ pajjiżna għandu ‘due diligence’ mill-programmi kollha li jeżistu madwar id-dinja.
F’analiżi tal-Financial Times kienu mistħarġa t-tnax–il pajjiż li joffru dawn it-tip ta’ programmi u fost il-kwistjonijiet li saru analiżi tagħhom kien hemm dik dwar kemm–il pajjiż jistħarreġ u jivestiga dwar l-investitur.
Hawn Malta kisbet għaxar punti minn għaxra. Fi żmien meta kien qed jitfassal il-programm il-Gvern dejjem qal li jrid jara li jattira persuni ta’ kwalità u talent u li kien se jħaddem proċessi rigorużi biex isir dan.
Xi ħaġa li kienet ikkonfermata wkoll. Malta tikseb ukoll punti għolja f’dak li hu livell ta’ għixien.